image

Gozo College 
Ninu Cremona
Secondary School

Messaġġ mill-Kap ta’ l-Iskola "L-għan tal-iskola Ninu Cremona hu li nagħtu edukazzjoni ħolistika u adatta għal kull student/a"

L-iskola Sekondarja Ninu Cremona fil-Kulleġġ t’Għawdex hija skola li tilqa’ fi ħdanha studenti mill-età’ ta’ tlettax-il sena sa sittax-il sena, għad-disa’, l-għaxar u ħdax-il sena tas-sistema edukattiva Maltija. F’din l-iskola jattendu kemm bniet kif ukoll subien. Bosta huma studenti Għawdxin, però għandna numru sabiħ ta’ Maltin u aktar u aktar numru tajjeb ta’ studenti barranin, ġejjin minn diversi nazzjonalitajiet, kemm mill-Ewropa, kif ukoll mill-kontinenti l-oħrajn.

L-iskola Ninu Cremona hija skola li toffri s-suġġetti bażiċi kollha, bħal Malti, Ingliż, Matematika, Fiżika, PE, PSCD, Storja, Studju Soċjali, Ġografija, ICT C3 u Reliġjon / Etika, flimkien ma’ numru kbir ta’ suġġetti li l-istudenti jistgħu jagħżlu sabiex jistudjawhom għal-livell ordinarju, kemm MQF 2/3 u anke MQF 1/2. Dawn tal-aħħar jinkludu disa’ suġġetti vokazzjonali f’livell ordinarju u f’dak applikat. Għal dawn is-suġġetti l-iskola għandha laboratorji apposta mgħammra b’teknoloġija u b’riżorsi edukattivi avvanzati.

L-għan tal-iskola Ninu Cremona hu li nagħtu edukazzjoni ħolistika u adatta għal kull student/a. Sabiex nilħqu dan l-għan, apparti s-suġġetti diversi, nagħtu għajnuna individwali fit-tagħlim fejn meħtieġ, flimkien ma’ servizzi ta’ counsellor u guidance. L-istudenti jipparteċipaw f’diversi attivitajiet kurrikulari adatti għall-età’ tagħhom bil-għan ukoll li tintlaħaq il-komunità’ sħiħa tal-iskola.

signature Tereza Camilleri Kap ta’ l-Iskola
image

Gozo College Ninu Cremona Secondary School welcomes students between the ages of thirteen and sixteen, in Year 9, Year 10 and Year 11 of the Maltese educational system. Both female and male students attend. Most of the students are Gozitan, but we have a good number of Maltese students and a greater number of students coming from European countries as well as from other continents.

Gozo College Ninu Cremona Secondary School offers the basic subjects which include Maltese, English, Mathematics, Physics, PE, PSCD, Social Studies, Geography, ICT C3 and Religion / Ethics, together with a good number of subjects that students choose from to study at ordinary level, that is MQF 2/3 and also MQF 1/2. The last group of subjects include nine vocational subjects taught at ordinary and applied level. The school has different labs for these latter subjects, each equipped with advanced technological and educational resources.

The aim of Ninu Cremona Secondary School is to provide a holistic education adapted to each student. To reach this aim, apart from the diverse subjects offered, students receive adapted programmes where necessary as well as counselling and guidance services. The students also participate in curricular activities which are suitable for their age group with the aim as well of reaching the entire school community.

signature Tereza Camilleri Head of School